Ċediet parti kbira mill-blat fl-irdumijiet ta’ Dellimara, fil-limiti ta’ Marsaxlokk, biswit il-bajja popolari ta’ St Peter’s Pool.
Il-blat, li ċeda fl-aħħar sigħat, jirriżulta li kien imdaqqas.
Il-ġebel kien ilu f’riskju li jaqa’, tant li fl-aħħar żmien twaħħlu għadd ta’ tabelli biex il-pubbliku jkun mgħarraf bil-periklu li jeżisti.