Il-Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru fi stqarrija ċċara rapporti skorretti dwar l-ingaġġ ta’ impjegati ġodda mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Spjega li tul dawn l-aħħar erba’ snin, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tejbet is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha u minn telf issa qed tagħmel profitti. Id-dejn tal-Korporazzjoni naqas ukoll matul dawn l-aħħar erba’ snin. Dan fl-istess waqt li l-Korporazzjoni tejbet il-prestazzjoni tagħha f’dak li għandhu x’jaqsam ma’ water leakages.
Din is-sena, il-Korporazzjoni ser tkun qed tiftaħ tliet impjanti ġodda ta’ produzzjoni ta’ new water li mistennija jiġġeneraw mas-seba’ miljun metru kubu ta’ ilma ġdid mid-drenaġġ. Dawn l-impjanti qiegħdin ġewwa ċ-ċuminja tal-Mellieħa, ta’ Barkat, u ta’ Għawdex. Dan l-ilma ser jintuża għall-biedja, l-industrija, landscaping u ground water recharge. Din il-produzzjoni ġdida ser twassal għal rivoluzzjoni ambjentali li ser tassigura li jkollna ilma tal-pjan sostennibli. Il-kwalità tal-ilma provdut lill-bdiewa ser jitjieb bil-kbir.
Minkejja li l-produzzjoni tal-ilma ser tiżdied b’terz permezz tan-new water, il-Korporazzjoni ser iżżomm l-istess livell ta’ impjiegi. Filfatt l-ingaġġ li qed isir jindirizza dawk il-persuni li rtiraw mix-xogħol tagħhom f’dawn is-snin u l-ispiża tal-pagi ta’ dawn il-ħaddiema ser tkun cost neutral sal-2018 u mhux kif allegat f’xi mezzi tax-xandir.
Il-Ministeru ċċara wkoll li l-ingaġġ sar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma skont il-proċeduri u l-ħaddiema l-ġodda li jgħixu fi kważi 50 lokalità madwar Malta.
Dan l-ingaġġ kien meħtieġ biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tibqa’ tassigura kwalità tas-servizz għall-familji Maltin u Għawdxin.