Bl-istaġun sajfi wara l-bieb, u b’soċjetà aktar konxja tad-dehra tagħha, it-trainers professjonali ta’ Fit Stop Malta qed jorganizzaw attività li l-qliegħ minnha se jmur għall-klieb fis-Santwarju Noah’s Ark.
Din l-isfida t’eżerċizzju fiżiku qed tistieden lil kull min se jattendi biex jagħmel kemm jiflaħ settijiet ta’ ħames eżerċizzji speċifiċi fi ħmistax-il minuta taħt is-superviżjoni kontinwa tat-trainers professjonali.
Għal dawk li jiġu fl-ewwel u fit-tieni post, hemm bosta rigali x’jintrebħu. Il-parteċipazzjoni għal din l-isfida hija ta’ €10, u l-flus kollha miġbura minn din l-attività se jmorru kollha b’risq is-Santwarju tal-Klieb Noah’s Ark.
Min irid jista’ jieħu wkoll ikel tal-klieb bħala donazzjoni. L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Fit Stop Malta sal-aħħar ta’ Mejju billi wieħed jibgħat l-indirizz tal-email tiegħu flimkien man-numru tal-mowbajl.
L-attività se ssir fis-7 ta’ Ġunju bejn it-08:30 u l-11:30.