Id-daħla taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista nbidlet f’lok li jilqa’ t-talent tal-artisti Maltin.
In Retrospect hija l-ewwel wirja minn sensiela li se jkunu esebiti fiż-żmien li ġej bl-artist ta’ esperjenza Twanny Darmanin huwa l-moħħ wara numru sabiħ ta’ pitturi li jispikkaw għall-kuluri tagħhom. “Ma tistax tkun artist Malti u ma jkollokx dawn il-kuluri meta naraw ix-xemx il-ħin kollu,” qal l-artist quddiem udjenza sabiħa li attendiet għal ftuħ tal-wirja.Il-wirja nfetħet mid-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit, Chris Cardona, li tkellem kif il-kultura hija fuq quddiem nett tal-aġenda ta’ gvern Laburista b’investiment kbir f’dan il-qasam li għandu wkoll potenzjal ekonomiku.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Randolph De Battista, saħaq kif il-Partit Laburista huwa kburi li jilqa’ fi ħdanu l-artisti u jkompli jagħmel miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista post li jilqa’ lil kulħadd.
In Retrospect tibqa’ miftuħa sal-14 ta’ Novembru.