L-Ambaxxatur tal-Palestina għal Malta, Fadi Hanania, f’messaġġ fuq Facebook qal kif iċ-ċkejkna Selah qed tirkupra mill-ġrieħi li hi kellha.
Hu rringrazzja lill-Gvern Malti għall-impenn tiegħu biex jipprovdi l-aqwa servizz u trattament mediku.
Hu rringrazzja wkoll il-ħaddiema tal-isptar Mater Dei.
Iċ-ċkejkna Selah, li tilfet lil ommha u lil ħuha, kawża ta’ attakk Iżraeljan fin-Nofsinhar ta’ Gaza, kienet inġiebet Malta kawża tal-ġrieħi li kellha.
Hi sofriet minn ġrieħi serji f’saqajha u għal xi żmien kienet anke mitlufa, sa ma nstabet minn missiera, grazzi għal appell li kien għamel fuq il-midja soċjali.
Huma ftit l-isptarijiet f’Gaża, li għadhom qed joperaw, u b’hekk Selah, inġiebet f’pajjiżna flimkien ma’ missierha, grazzi għal kollaborazzjoni bejn il-Gvern Malti u l-Ambaxxata Palestinjana f’pajjiżna.