Tifla ċkejkna saret protagonista bla ħsieb waqt intervista mal-Prim Ministru u Mexxej Laburista fil-programm Arena. Iċ-ċkejkna ħarbet, marret għand il-Prim Ministru, u tatu fjura, li aktar tard Joseph Muscat ta lil martu Michelle.
Affarijiet li jiġru waqt intervista live, imma Muscat iggosta lil din it-tifla li riedet akkost ta’ kollox ittih il-warda. Huwa kellimha u gwidaha lura lejn min kien qed jieħu ħsiebha.
Waqt l-intervista l-Prim Ministru Joseph Muscat qal li jinsab sodisfatt li n-nies qed jaraw il-proposti meqjusa li ppreżenta l-Partit Laburista. Qal li l-oppożizzjoni hija komplemtament mingħajr kredibiltà meta toħroġ bi proposti mingħajr costings.
Spjega li fil-leġiżlatura li għaddiet, amministrazzjoni Laburista iffokat fuq it-tkabbir tal-ekonomija. Kieku l-proposti li qed jagħmel il-Partit Laburista issa saru qabel, il-poplu bir-raġun kien isaqsi minn fejn se jiġu l-flus. Gvern Laburista ried li jikbru n-negozji u minn rata ta’ qgħad dejjem tiela, tinżel għall-inqas livelli fl-istorja. “F’erba’ snin taħt dan il-Gvern, inħolqu jobs daqs kemm inħolqu fil-ħmistax il sena ta’ qabel” qal Muscat.
“Kienu jgħidu li l-power station ġdida hija Alice in Wonderland. Issa forsi jgħidu li nagħmlu toroq kollha hija Little Red Riding Hood” qal Joseph Muscat.
F’San Ġwann tkellem il-Ministru Joe Mizzi, li semma l-mod kif sar ix-xogħol fi Triq il-Kosta bħala eżempju ta’ kif jaħdem u jwettaq dan il-Gvern.
Il-Perit Christopher Mintoff qal li għal wisq żmien ix-xogħolijiet fit-toroq saru ħażin. Qal li l-wegħda li jsiru t-toroq kollha hija biċċa xogħol kbira ħafna, allura jammira lill-Prim Minsirtu. Tkellem dwar kemm, bħala perit tgħamillu differenza l-wegħda li titranġa d-dehra tat-toroq.
Charles Azzopardi, sindku tar-Rabat u kandidat f’isem il-PL, tkellem dwar il bżonn ta’ kabinett li jemmen fin-nies tiegħu. Tkellem dwar il-bżonn ta’ xogħol kordinat bejn il-Gvern u l-Kunsilli Lokali.
Il-Prim MInistru qal li difett ewlieni bħalissa huwa l-upkeep tat-toroq f’Malta. Tkellem dwar il-bżonn ta’ ifrastuttura tajba, indafa u żamma tajba tat-toroq. Biex dan kollu jsir, hemm bżonn aktar edukazzjoni.
Is-Sindku tal-Qala il-Perit Clint Camilleri qal li hemm numru ta’ toroq li għadhom torba, li qatt ma saru, u li għadhom minn żmien is-sebgħinijiet.
Il-Prim Ministru tkellem dwar il-proposta b’rabta mal-btajjeb pubbliċi. Qal li din taħdem, għax pjanata b’responsabiltà. Qal li jekk l-ekonomija ta’ pajjiżna ma tiflaħx għal dawn l-affarijiet issa, meta l-ekonomija qed tikber, meta se tiflaħ għaliha?
Tkellem dwar l-importanza li aktar nies ikunu konvinti fil-moviment Laburista. Qal li l-għażla hija ta’ stabilità, versus koalizzjoni ta konfużjoni.