“Ittajjar u ilgħab mal-anġli sbieħ bħalek Emily. Issa qegħda f’post fejn jixraqlek bla tbatija pupa tiegħi.”
Din kienet l-ewwel reazzjoni ta’ omm iċ-ċkejkna Emily, li l-Ħamis sfortunatament ħalliet din id-dinja.
F’Mejju li għadda, iċ-ċkejkna Emily saritilha operazzjoni fejn tneħħilha tumur.
Fuq Facebook, omm Emily qalet li ċ-ċkejkna għallimthom jgħixu u bis-saħħa tagħha resqu lejn Alla bit-talb u għaqdithom flimkien.