Il-funeral taċ-ċkejkna Emily se jsir nhar it-23 ta’ Lulju. Dan wara li aktar kmieni f’dan ix-xahar hija ħalliet din id-dinja.
F’Mejju li għadda, iċ-ċkejkna Emily saritilha operazzjoni f’Londra biex jitneħħilha tumur.
Fuq il-midja soċjali, omm Emily stqarret li bintha, lilha u lill-qraba tagħha għallimthom jgħixu u bis-saħħa tagħha resqu lejn Alla bit-talb u għaqdithom flimkien.