Wara xahrejn Londra, iċ-ċkejkna Ellie fis-sigħat li ġejjin mistennija tirritorna lura Malta.
Ellie kienet l-iżgħar pazjenta Maltija fl-appartamenti ta’ Puttinu Cares fl-Ingilterra li kienet qiegħda tistenna trapjant tal-fwied.
Mit-twelid, Ellie kienet ilha tistenna trapjant tal-fwied sabiex tingħata ċans għal ħajja ġdida fejn proprju l-operazzjoni ta’ seba’ sigħat saret b’suċċess.
Fuq il-paġna ta’ Facebook, il-Malta Community Chest Fund ħabbret kif Ellie se tkun qed tirritorna lura Malta fis-sigħat li ġejjin – xahrejn wara li għamlet it-trapjant tal-fwied wara sentejn tistenna ħerqana.