Kienet iċ-ċkejkna Amy Lyons li laqgħet lill-Papa l-ewwel mal-wasla tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Amy kellha l-lewkimja u ħadet il-kura tagħha b’suċċess taħt il-mibki Dr. Victor Calvagna.
Għall-wasla tal-Papa, Amy kienet liebsa flokk ta’ Puttinu Cares biex tirrappreżenta lit-tfal kollha li ġew bżonn Puttinu tul is-snin.
Hi se tkun saħansitra wkoll tieħu sehem fil-maratona ta’ Puttinu fil-Ġimgħa l-Kbira.