Nael, tifel ta’ 6 snin u Juventin kbir spiċċa fuq fomm kulħadd meta filmat tiegħu jiftaħ rigal u jsib flokk tal-Inter tant sar popolari li saħansitra rawh il-miljuni fuq Facebook u anke spiċċa ntwera fuq il-BBC.
F’għeluq sninu, Nael li hu ffissat fuq il-Juventus, ingħata rigal iżda meta fetħu ma tantx baqa’ ferħan hekk kif ra x’kien hemm. Dan hekk kif hu ħareġ x’kien hemm, sab flokk tal-Inter u mhux tat-tim li jħobb hu.
Konfuż u ddiżappuntant, ir-reazzjoni taċ-ċkejken misset qlub bosta fejn fil-filmat tiegħu jiftaħ ir-rigal hu jidher jingħata rigal ieħor iżda din id-darba isib flokk tat-tim favorit tiegħu.
Kienu diversi siti li rrapportaw din l-istorja ħelwa, b’bosta persuni jiggustaw lit-tifel li għad għandu biss sitt snin, jirreaġixxi għal dak li ngħata. Iżda dan mhux biss f’Malta hekk kif siti differenti barranin, raw il-filmat u saħansitra rrapportaw l-istorja taċ-ċkejken Nael.
Fost dawk li rraportaw kien hemm grupp fuq Facebook bl-isem ta’ Goal.com, li għandu aktar minn 16-il miljun segwaċi, li wera dan il-filmat, bl-istorja ta’ Nael laħqet aktar minn miljun persuna. Apparti minn hekk proprju ftit tal-ħin ilu, qarrej minn tagħna nfurmana kif iċ-ċkejken Nael saħansitra spiċċa fuq it-televiżjoni fuq il-BBC.