Illum iċ-ċittadini tal-Peru mistennija jivvotaw sabiex jeleġġu kungress ġdid wara li dak ta’ qablu ġie xolt mill-President Martin Vizcarra. Vizcarra ħa deċiżjoni drastika lura f’Settembru, fejn argumenta li l-leġiżlaturi qed jaħdmu kontra l-aġenda tiegħu.
Is-sondaġġi qed juru kif nofs il-votanti għadhom mhux deċiżi, fejn s’issa xejn mhu ċert minħabba li qed jieħu sehem 22 partit waqt din l-elezzjoni.
Ritratt: Getty Images