Din il-ġimgħa l-Kumitat tal-Petizzjonijiet ġewwa l-Parlament Ewropew approva unimament ir-regoli ġodda għar-revizzjoni tal-Inzjattiva taċ-Ċittadini Ewropej. Matul din ir-revizzjoni jtieħed vot li huwa meqjus bħala vot kruċjali favur, pass li jagħti vuċi aktar b’saħħitha liċ-ċittadini f’dak li jikkonċerna l-liġi li qed titfassal.
Il-MPE Marlene Mizzi fir-rwol tagħha ta’ viċi-President tal-Kumitat PETI kif ukoll bħala kelliema tal-grupp SnD fuq dan is-suġġett qalet li, “Huwa ta’ sodisfazzjoni kbir li wieħed jara r-riżultati pożittivi li saru f’din l-opinjoni. Kien hemm qbil sostanzjali bejn il-gruppo politiċi kollha f’dak li jiggwardja appoġġ għal emendi tiegħi bl-għan li jtejbu r-regoli kurrenti li jgħatu leħen liċ-ċittadini Ewropej meta jorganizzaw, jipparteċipaw jew sempliċament juru l-appoġġ tagħhom għal dwk l-inzjattivi li jtelgħu ċittadini oħra. Ninsab kuntenta li kelli rwol ewlieni bħala shadow rapporteur fit-tfassil u l-votazzjoni dwar din il-pożizzjoni b’saħħitha li ħa tkun qed tassigura li din l-inzjattiva tkun faċli kemm jista’ jkun għaċ-ċittadin Malti u dak ewropej.”
L-Inizjattiva taċ-Ċittadin Ewropej ġiet introdotta qabel it-Trata ta’ Lisbona, bl-għan li żżid r-rwol taċ-ċittadin f’dak li huwa l-proċess leġislattiv li bih tfassal il-liġi Ewropea. B’dan il-mod wieħed iħeġġeġ liċ-ċittadin sabiex jinfluwenza l-leġiżlazzjoni li tkun qeda tiġi mfasla. Huwa b’dispjaċir li wieħed jgħaraf li din l-inizjattiva ma laħqitx ma l-aspettativi, u li kienet wara diversi talbiet miċ-ċittadin, l-Parlament Europew flimkien mal-Kumissjoni ħadmu biex jippublikaw regoli ġodda f’Settembru 2017.
“Il-proposta l-ġdida tal-Kummissjoni tista’ tikun waħda li ssolvi bosta problemi relevanti li qedin jillimitaw il-faċilitaċ ta’ dan l-instrument. Xorta jibqa’ l-fatt li din il-proposta tridt titfassal b’mod aktar ċar fejn jidħlu affarijiet fundamentali li huma essenzjali għas-suċċess ta’ din l-Inizjattiva taċ-Ċittadin Ewropej saħqet l-MPE Mizzi.
“L-għan primarju tiegħi bħala shadow rapporteur kien li nindrizzaw in-nuqqasijiet attwali sabiex finalment fiċ-ċittadini jkollhom poter daqs l-Parlament Ewropew u l-Kunsill biex jipproponu inizjattivi ġodda u policies fil-livell Ewopej. Għalija din l-inizjattiva hija appell dirett lejn l-UE mill-poplu sabiex ikunu jistgħu jfasslu l-politika Ewropea tal-future”, ikkumentat l-MPE Mizzi.