Il-Qorti kkonkludiet li George Degorgio, wieħed mid-diversi persuni mixlija b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, ma sofra ebda frame-up.
Fil-kawża li fetaħ fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija, Degiorgio insista li huwa tressaq mixli bil-qtil fuq is-suppożizzjoni li kien jinstab fuq dgħajsa partikolari meta seħħ id-delitt.
Il-Prosekuzzjoni qed issostni li huwa kien fuq l-imsemmija dgħajsa u minn fuqha bagħat il-messaġġ li bih splodiet il-bomba fil-karozza ta’ Caruana Galizia.
Wara li sema’ liż-żewġ naħat, l-Imħallef Grazio Mercieca ta raġun lill-Avukat Ġenerali u lill-Kummissarju tal-Pulizija u qal li l-prova tad-dgħajsa mhix l-unika waħda li wasslet għall-arrest ta’ Degiorgio magħruf bħala ċ-‘Ċiniż’.