Iċ-Ċina u r-Russja akkużaw lill-Amerika li qed tqajjem tensjonijiet fil-Peniżola Koreana.
Dawn l-akkużi tqajjmu waqt lagħqa tal-Assemlea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda lbieraħ, li matulha ġew diskussi d-deċiżjonijiet dwar il-veto tal-membri permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar sanzjonijiet ġodda fuq il-Korea ta’ Fuq.
Fil-fatt l-ambaxxatur taċ-Ċina għan-Nazzjonijiet Magħquda qal li din it-tensjoni żviluppat minħabba l-U-turns politiċi li għamlet l-Amerika.
L-ambaxxatur żied jgħid li l-Amerika tista’ taġixxi sabiex tbatti din it-tensjoni, fosthom li tnaqqas is-sanzjonijiet fuq il-Korea ta’ Fuq f’ċerti oqsma u ttemm l-eżerċizzji militari mal-Korea t’Isfel.