Iċ-Ċina u l-Indja akkużaw lil xulxin li pprovokaw ġlied fejn inqatlu minn tal-inqas 20 suldat.
Minkejja li ma ġewx sparati tiri, l-armata Indjana qalet li numru ta’ truppi tagħha kienu midruba b’mod kritiku waqt li l-qadi tad-dmirijiethom. Is-suldati feruti kienu wkoll esposti għal temperaturi taħt iż-żero.
Dan il-konfront fir-reġjun ta’ Ladakh kien l-ewwel konflitt fatali fiż-żona minn tal-inqas 45 sena.
L-Indja akkużat liċ-Ċina li ppruvat tbiddel l-istatus quo, filwaqt li ċ-Ċina qalet li t-trupp Indjani attakaw uffiċjali Ċiniżi.
Tard matul il-jum tat-Tlieta, iż-żewġ armati kellhom taħdidiet biex jipprovaw inaqqsu t-tensjoni bejniethom.