Iċ-Ċina f’dikjarazzjoni b’saħħitha wissiet li t-tentattivi mit-Tajwan biex jiksbu l-indipendenza minn Beijing ser twassal għal gwerra.
It-twissija waslet jiem wara li Beijing żied fl-attivitajiet militari tiegħu u saħansitra bagħat ajruplani tal-gwerra fil-viċinanzi tal-gżira.
Dan anke fost rabtiet aktar mill-qrib bejn it-Tajwan u l-Istati Uniti, li laqgħu l-amministrazzjoni ġdida Amerikana l-ġimgħa li għaddiet.
Fi stqarrija, l-Istati Uniti affermat mill-ġdid l-impenn ta’ Washington li tappoġġja l-kapaċità tad-difiża tat-Tajwan.
Iċ-Ċina qed tqis lit-Tajwan bħala provinċja indipendenti, iżda t-Tajwan qed isejjaħ lilu nnifsu stat sovran.