Iċ-Ċina qed tikkundanna l-bojkott diplomatiku li qed jippjana li jagħmel l-Istati Uniti għal-Logħob Olimpiku tax-xitwa li se jsiru s-sena d-dieħla f’Beijing.
Kelliem għall-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Ċiniż qal li ċ-Ċina se tkun qed taġixxi għal dak li tħabbar ilbieraħ fil-White House, madanakollu, s’issa ma tax aktar dettalji.
Ilbieraħ, l-Amerika ħabbret li mhux se tkun qed tibgħat diplomatiċi f’Beijing minħabba tħassib dwar ir-regoli għad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina.
Il-kelliem akkuża lill-Istati Uniti li kiser in-newtralità politika fl-isport. Huwa tenna wkoll li l-bojkott propost huwa bbażat fuq gideb u xnigħat.
Dan ikompli jtappan ir-relazzjoni bejn l-Amerika u ċ-Ċina.