Iċ-Ċina ħabbret li persuni li għandhom il-Covid iżda m’għandhomx sintomi jew huma sintomi ħfief, se jitħallew jagħmlu l-kwarantina fid-dar tagħhom minflok f’faċilitajiet tal-istat – kif kien qed isir.
Din qed titqies bħala tnaqqis fil-miżuri b’mod maġġuri b’rabta mal-Covid.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Każijiet bħal dawn issa se jkunu jistgħu joqgħodu d-dar u jagħmlu test huma stess hekk kif il-pajjiż neħħa wkoll li jsir PCR test b’mod mandatorju għal bosta stabbilmenti pubbliċi.