Iċ-Ċina pprojbixxiet il-bejgħ ta’ prodotti onlajn tad-ditta Dolce & Gabbana dan b’rabta mal-kampanja kontroversjali li kellhom. Il-kumpanija nediet filmat aktar kmieni din il-ġimgħa fejn juri mudella Ċiniża ssibha bi tqila biex tiekol platt għaġin u pizza biċ-chopsticks.
Il-kampanja kienet akkużata li qed twaqqa’ għaċ-ċajt il-kultura Ċiniża u tippromwovi sterjotipi mhux minnhom.
Ċelebritajiet Ċiniżi marru kontra din id-ditta wara li ġara dan kollu bil-kriżi tkompli tikber wara li messaġġi allegatament miktuba mill-ko-fundatur Stefano Gabbana, kien jinkludi fihom kliem dispreġġjattiv fil-konfront ta’ persuni Ċiniżi.