Il-militar Ċiniz qed ikompli bl-eżerċizzji militari ġodda fuq skala kbira madwar it-Tajwan, wara li l-eżerċizzji militari preċedenti spiċċaw nhar il-Ħadd.
L-armata Ċiniża qalet li se twettaq tħejji ruħha f’każ li jkollha attakki bis-sottomarini u se tkompli twettaq rejds fuq il-baħar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-erbat ijiem ta’ eżerċizzji li diġa’ twettqu kienu r-rispons ta’ Beijing għaż-żjara tal-Ispeaker tal-Kamra Amerikana Nancy Pelosi fil-gżira.
It-Tajwan akkuża liċ-Ċina li qed tuża dawn l-eżerċizzji biex tħejji ruħha għal invażjoni tal-gżira.
L-awtoritajiet tat-Tajwan qalu li l-ajruplani u l-vapuri Ċiniżi sa issa ma daħlux fl-ibħra territorjali tiegħu.