Iċ-Ċina qed timponi sanzjonijiet fuq diversi individwi u organizzazzjonijiet Amerikani, wara li fil-ġimgħat li għaddew l-Istati Uniti wkoll imponiet sanzjonijiet fuq uffiċjali f’Hong Kong.
Fost dawn milquta mis-sanzjonijiet taċ-Ċina hemm is-Segretarju Amerikan għall-Kummerċ.
Għal dan kollu l-Gvern Amerikan qed javża li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar se jkun ta’ riskju għall-komunità kummerċjali biex tinvesti f’dan il-pajjiż Asjatiku.
Ritratt: Reuters