L-ambizzjoni taċ-Ċina flimkien bil-programm tal-ispazju li qed jikber b’rata mgħagla qed jimmiraw biex jinżlu fuq in-naħa mudlama tal-qamar sal-2018, u jaslu fuq Mars sal-aħħar tad-diċenju.
F’konferenza tal-aħbarijiet li ġiet mtella’ mill-aġenzija tal-ispazju fiċ-Ċina stess ddiskutew il-miri li għandu l-gvern Ċinż dwar l-esplorazzjoni tal-ispazju.
Beijing qed timmira biex tniedi l-ewwel prova biex jaslu fuq Mars għas-sena 2020 fejn għandhom il-ħsieb li jesploraw lill-istess pjaneta. It-tieni missjoni maħsuba tkun fis-snin ta wara sabiex jiksbu kampjuni tal-pjaneta għal aktar testijiet.