Iċ-Ċina qed tillimita l-provvista taż-żejt lejn il-Korea ta’ Fuq u se tieqaf tixtri tessuti mill-istess pajjiż, li bħalissa li jinsab politikalment iżolat.
Iċ-Ċina hija l-iktar sieħeb imporatnti fil-kummerċ tal-Korea ta’ Fuq.
Il-projbizzjoni fuq il-kummerċ tat-tessuti se jaffetwa ħażin id-dħul ta’ Pyongyang, filwaqt li l-esportazzjoni taż-żejt miċ-Ċina huwa s-sors ewlieni tal-prodotti tal-petroleum tal-Korea ta’ Fuq.
Dawn id-deċiżjonijiet ġew b’riżultat tat-testijiet nukleari li saru x-xahar li għadda mill-istess pajjiż.