Il-Gvern Ċiniż qed jikkundanna r-riżenji tal-maġġoranza tal-membri tal-oppożizjoni ta’ Hong Kong, filwaqt li qed iqis dawn ir-reżenji bħala sfida lejn l-awtorità Ċiniża.
Kważi l-membri tal-Oppożizzjoni kollha rriżenjaw bi protest hekk kif erbgħa mill-kollegi tagħhom tqiesu bħala theddida għas-sigurtà nazzjonali u tkeċċew.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit, Dominic Raab qal illi l-indħil taċ-Ċina b’regoli ġodda biex twaqqaf membri parlamentari f’Hong Kong milli jkomplu jservu huwa ksur tat-trattat li kien sar fl-1997 bejn ir-Renju Unit u ċ-Ċina; liema trattat jiddikjara li l-eks kolonja Ingliża għandha żżomm il-libertajiet għal ħamsin sena minkejja li saret parti miċ-Ċina.
Ħafna qed iqisu l-ftit demokrazija li għad fadal f’Hong Kong qed tkompli titnaqqar.