Iċ-Ċina ċaħdet l-istqarrija fejn tgħid li hija wettqet attakk online fuq il-kumpanija tat-teknoloġija Amerikana Microsoft.
Grupp ta’ pajjiżi tal-Punent kienu akkużaw liċ-Ċina talli wettqet dan l-attakk fuq il-pjattaforma tal-emails tal-kumpanija, il-Microsoft Exchange, li tintuża madwar id-dinja.
Id-dikjarazzjoni konġunta akkużat lill-Ministeru Ċiniż għas-Sigurtà tal-Istat li b’dan l-attakk dgħajjef l-istabbiltà u s-sigurtà globali.
Madanakollu, iċ-Ċina dejjem sostniet li topponi kull kontra ta’ kriminalità online.