Qorti Ċiniża tat sentenza ta’ erba’ snin priġunerija lill-ġurnalista li rrapportat dwar is-sitwazzjoni tal-każijiet tal-Coronavirus f’Wuhan.
Zhang Zhan ta’ 37 sena hija fost grupp ta’ persuni li kienu rrapportaw dwar is-sitwazzjoni mwegħra fl-isptarijiet u t-toroq vojta f’Wuhan, il-belt minn fejn huwa rrapportat li faqqgħet l-imxija tal-Coronavirus.
Zhan qed tgħid illi hija qed tiġi ppersegwitata għall-fatt li eżerċitat il-libertà tal-espressjoni. L-Avukat tagħha qalet li se tkun qed tappella mis-sentenza.