Iċ-Ċina akkużat lit-truppi Indjani li qed jipprovokaw b’intenzjoni. Dan intqal fl-ewwel stqarrija li ngħatat wara d-diżgwid li nqala fil-fruntieri Himalayan.
Kelliem għall-Ministeru tal-Affarijiet Barranin qal kif it-truppi qasmu f’teritorju Ċiniż u attakkaw, fejn ma ta ebda dettalji dwar kemm tilfu ħajjithom Ċiniżi kawża ta’ dan il-każ.
Il-Ġimgħa il-Prim Ministru Indjan Narendra Modi qal li l-ebda suldat ma qasam il-fruntieri tal-Indja u li ebda teritorju ma ġie mitluf.
Ritratt: Getty Images