Iċ-Ċina akkużat lid-dismostranti li liberaħ vvandalizzaw il-Parlament ta’ Hong Kong b’azzjonijiet illegali u serji li jtappnu s-saltna tad-dritt.
Fil-jum tat-Tnejn, grupp ta’ attivitsti okkupaw il-bini tal-Kunsill Leġislattiv għal diversi sigħat. Mijiet ta’ pulizija li ppruvaw jikkalmaw is-sitwazzjoni bl-użu tal-gas tad-dmugħ.
Hong Kong, li kienet parti mill-kolonja Ingliża, ilum tifforma parti miċ-Ċina taħt l-arranġament ta’ pajjiż wieħed, żewġ sistemi, dan ifisser li ċ-ċittadini ta’ Hong Kong igawdu minn drittijiet differenti minn dawk taċ-Ċina.
Iżda, l-abbozz ta’ liġi kontrovesrjali dwar l-estradizzjoni.
Il-Gvern Ċiniż qal li l-atti li saru lbieraħ qed jiġu trattati bħala sfida għas-sistema ta’ pajjiż wieħed, żewġ sistemi.
S’issa Beijing qadet lura milli tireaġixxi, tant li kienet qed isegwi l-andament mill-bogħod, biss, il-vjolenza tat-Tnejn tista’ tkun katalista għal Beijing biex tagħmel kontroll aktar strett fuq Hong Kong