Qorti fiċ-Ċina tat piena ta’ mewt lill-Kanadiż talli ttraffika d-droga, verdett li ġġenera ġlied diplomatiku bejn iż-żewġ pajjiżi.
Robert Lloyd Schellenberg ngħata 15-il sena piena ħabs fl-2016. Wara l-appell tal-2018 il-Qorti qalet li s-sentenza ma kinitx kiefra biżżejjed.
Din id-deċiżjoni ġiet deċiża wara li l-Kanada arrestat lil Meng Wanzhou, uffiċjal Ċiniż tal-iġgant Huawei. Hi ngħatat bail f’Diċembru.
Meng, ta’ 46 sena, hija t-tifla tal-fundatur tal-Huawei u d-detenzjoni tagħha rrabjat liċ-Ċina u tebbgħet ir-relazzjonijiet bejn il-Kanada u l-Istati Uniti.