Matul l-2017, iċ-Ċina se żżid l-ispiża militari tagħha b’7%.
Aħbar li segwiet dikjarazzjoni tal-President Amerikan Donald Trump, li qal li se jżid l-ispiża tad-difiża Amerikana.
Iċ-Ċina ħabbret dan ftit jiem qabel in-National People’s Congress f’Beijing.
F’dawn l-aħħar snin, iċ-Ċina ħadmet ħafna fl-immodernizzar tal-armati tagħha, hekk kif l-ekonomija tal-pajjiż kibret sew.
Manadakollu, l-investiment fid-difiża taċ-Ċina xorta jibqa’ wieħed relattivament żgħir meta mqabbel ma’ dak tal-Istati Uniti; għalkemm osservaturi Ċiniżi qalu li l-figura reali tista’ tkun ħafna iżjed ogħla minn dik li tħabbret pubblikament.