L-Istati Uniti twissi li ċ-Ċina qed tikkunsidra li tgħin lir-Russja fil-gwerra fl-Ukrajna billi tipprovdi armamenti u munizzjon.
Dan stqarru s-Segretarju tal-Istat Amerikan Athony Blinken, filwaqt li qal ukoll kif fil-preżent kumpaniji Ċiniżi diġà qegħdin jipprovdu s-sapport tagħhom minkejja li sa issa dan ma jinkludix armamenti.
Blinken innota kif jekk ċ-Ċina żżid l-għajnuna tagħha għall-armamenti s-sitwazzjoni se tkun qed teskala b’konsegwenzi serji.
Iċ-Ċina, madanakollu, qed tiċħad li Moska għamlet xi tapba ta’ dan it-tip lil Beijing.
Il-President Ċiniż Xi Jinping huwa alleat tal-President Russu Vladimir Putin u sena wara li bdiet l-invażjoni għadu ma kkundannax dan l-għaġir.