Iċ-Ċina ħabbret li mhux ser tkun qed tibni aktar impjanti li jaħdmu bil-faħam barra minn pajjiżha.
Pass li qed ikun meqjus bħala parti mill-ġlieda ta’ dan il-pajjiż favur it-tnaqqis fl-emmissjonijiet.
Ħabbar dan il-President Ċiniż Xi Jinping waqt l-indirizz tiegħu fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Maqugħda.
Iċ-Ċina ilha għal dawn l-aħħar snin tiffinanzja proġetti tal-faħam f’pajjiżi bħall-Indoneżja u l-Vjetnam iżda kellha pressjoni kbira sabiex tieqaf b’mod immedjat minn dan, hekk kif id-dinja bħalissa qed tagħmel minn kollox biex tilħaq il-miri tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima.