Iċ-Ċina żvelat il-kumitat il-ġdid tat-tmexxija, fejn b’differenza mit-tradizzjoni, ma kienx inkluż suċċessur ċar tal-President Xi Jinping.
Dan ikompli jsaħħaħ il-kontroll ta’ Xi fuq iċ-Ċina għal ħames snin li ġejjin u jista jkun iktar ‘il quddiem, ġurnata wara li ismu tnaqqax fil-kostituzzjoni.
Ġew appuntati ħames karigi ġodda fil-Kumitat Permanenti ta’ Politburo, li huwa l-iktar istutizzjoni b’saħħitha fiċ-Ċina.
L-assenza ta’ eredi qajmet mistoqsijiet fuq kemm Xi qed jimmira li jmexxi.
Apparti Xi, li għandu erbgħa u sittin sena, kien il-Prim Ministru Li Keqiang, li għandu tnejn u sittin sena, li żamm il-pożizzjoni tiegħu fil-kumitat.
Il-Viċi Prim Ministru Wang Yang, li wkoll għandu tnejn u sittin sena, eks segretarju talpartit fil-provinċja ta’ Guangdong, inħatar Viċi Prim Ministru Eċekuttiv.
Han Zheng, ta’ tlieta u sittin sena, li huwa s-segretarju tal-partit f’Shanghai, kien promoss biex imexxi l-Konferenza Konsultattiva Politika tal-Poplu Ċiniż.
Magħhom se jissieħbu Zhao Leji; li għandu sittin sena u se jmexxi l-istituzzjoni tal-partit kontra l-korruzzjoni, Li Zhanshu; li għandu sebgħa u sittin sena, alleat kbir ta’ Xi u se jmexxi il-Parlament Ċiniż, u Wang Huning, li għandu tnejn u sittin sena.