Rapport ġdid maħruġ mill-organizzazzjoni internazzjonali ‘Reporters Without Borders’ jgħid li ċ-Ċina hija l-aktar pajjiż li jarresta ġurnalisti.
Filatt bħalissa hemm minn tal-inqas, 127 ġurnalist li ġew arresetati minn dan il-pajjiż.
L-organizzazzjoni qalet li ċ-Ċina għaddejja b’kampanja bla preċedent ta’ ripressjoni kontra l-ġurnaliżmu.
Iċ-Ċina qed tiġġustifika l-arrest ta’ ġurnalisti billi takkużahom li qed jaqilgħu l-inkwiet.
Ġie nnutat ukoll li r-restrizzjonijiet relatati mal-midja ħraxu ħafnu iktar matul il-pandemija. Filfatt minn tal-inqas għaxar ġurnalisti ġew arrestati talli rrapportaw dwar il-kriżi tal-Covid-19 f’Wuhan.