Mil-lum, iċ-Ċina mponiet tariffi ta’ ħamsa u għorin fil-mija fuq mija u tmienja u għoxrin prodott importat mill-Istati Uniti.
Fost il-prodotti hemm il-majjal u l-inbid.Dawn it-tariffi kienu ntrodotti wara li f’Marzu, il-President Amerikan Donald Trump għolla t-tariffi fuq l-importazzjoni ta’ metall u aluminju.
It-tariffi jlaħħqu t-tlet biljun dollaru Amerikan; bil-Gvern Ċiniż qal li ħa dan il-pass biex iħares l-interessi u jibbilanċja t-telf ikkawżat mit-tariffi imposti mill-Istati Uniti.