Iċ-Ċina imponiet sanzjonijiet fuq disa’ ċittadini tar-Renju Unit, fosthom ħames membri parlamentari, talli xerrdu dak li skont iċ-Ċina huwa gideb u informazzjoni skoretta.
Iċ-Ċina allegatament żammet grupp ta’ minorità li jħaddnu r-reliġjon Musulmana kontra r-rieda tagħhom f’kampijiet fejn allegatament bdew jiġu ttorturati u abbużati sesswalment.
Is-sanzjonijiet imposti fuqhom ifisser li d-disa’ ċittadini mhux se jitħallew jidħlu fiċ-Ċina, Hong Kong u f’Macau. Sar ukoll iffriżar ta’ proprjetà li dawn il-persuni għandhom fiċ-Ċina, dan filwaqt li ċittadini u istituzzjonijiet Ċiniżi huma pprojbiti milli jagħmlu xi tip ta’ negozju magħhom.
Din l-azzjoni miċ-Ċina waslet b’ritaljazzjoni għall-miżuri li ttieħdu mill-Gvern tar-Renju Unit dwar abbuż tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sanzjonijiet kontra persuni mir-Renju Unit isegwu oħrajn simili li ġew imposti fuq l-Unjoni Ewropea.