Fiċ-Ċina inkisbet l-istorja wara li l-mexxej Ċiniż Xi Jinping daħal fit-tielet mandat tiegħu għal ħames snin oħra. Hu diġa ilu għaxar snin jmexxi lill-pajjiż u b’din ir-rebħa, fit-teorija għamel lilu nnifsu mexxej għal ħajtu kollha.
Il-Ħadd filgħodu, wara l-għeluq tal-Kungress tal-Partit Komunista, seba’ irġiel telgħu membri tal-Kumitat Permanenti tal-Politburo, l-ogħla korp fiċ-Ċina.
Il-pożizzjoni tiegħu hija importanti ħafna għall-pajjiż kollu hekk kif tfisser li l-viżjoni tiegħu għall-pajjiż hija stabbli u ġiet biex tibqa’.