Iċ-Ċina laqgħet wegħda mingħand il-President tal-Amerika Donald Trump biex jgħinhom isalva il-kumpanija ZTE, li tħaddem 80,000 persuna, meqjusa bħala waħda mill-akbar kumpanija tal-komunikazzjoni fiċ-Ċina
Il-kumpanija issospendiet l-operazzjonijiet wara li l-Istati Uniti ix-xahar li għadda pprojbixxiet il-kumpaniji Amerikani milli jbiegħu il-prodotti tagħhom. ZTE ammettiet li għamlet bejgħ illegali mal-Iran u l-Korea ta’ Fuq.
Iżda Trump kiteb fuq Twitter li ser jaħdem mal-President Xi biex jgħin lil ZTE terġa’ tirritorna lura għall-ħidma.
Waħda mill-prinċipji li għamlet Beijing bħala parti mill-ftehim mal-Istati Uniti hi li tirrisolvi s-sitwazzjoni mal-kumpanja ZTE. Waħda mid-domandi kienet għal arranġamenti aktar miftuħa ta’ tpartit mal-Istati Uniti.