Iċ-Ċina ikkritikat bil-qawwa l-azzjoni tal-Istati Uniti quddiem riżolużżjoni mressqa mill-Alġerija fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, fejn waqqfet it-talba sabiex jieqaf b’mod immedjat il-ġlied f’Gaza.
Il-Gvern Ċiniż qal li l-Amerika qed tibgħat messaġġ ħażin ferm fuq livell internazzjonali, filwaqt li qed tkompli tappoġġja l-atroċitajiet li qed isiru fuq il-poplu Palestinjan fil-medda ta’ Gaza.
B’reazzjoni għal dan, il-White House qalet li l-proposta tal-Alġerija ttellef milli jkun hemm negozjati għal waqfien mill-ġlied.
L-Istati Uniti ppreżentat ir-riżoluzzjoni tagħha għal waqfien mill-ġlied, fejn appellat lil Iżrael sabiex ma tinvadix il-Belt ta’ Rafah.
Fost il-komunità internazzjonali hemm kundanna kbira għad-deċiżjoni tal-Gvern ta’ Biden dwar ir-riżoluzzjoni Alġerina u li sabet l-appoġġ ta’ 13-il pajjiż minn 15. Dwar dan ir-Renju Unit astjeniet.