Iċ-Ċina għamlet eżerċizzji militari li jinvolvu attakki mill-ajru kontra, liema eżerċizzji saru bħala simulazzjoni ta’ attakki kontra t-Taiwan.
Dan wara li l-president tat-Taiwan żar l-Istati Uniti riċentament.
L-awtoritajiet tat-Taiwan qalu li mill-inqas wieħed u sebgħin ajruplan tal-gwerra taru madwar il-pajjiż, u ħamsa u erbgħin oħra taru viċin it-territorju ta’ dan il-pajjiż, li jinsab ftit mili l-bogħod miċ-Ċina.
Apparti minn hekk, intlemħu wkoll disa’ vapuri militari li kienu qed jieħdu sehem f’dan l-eżerċizzju.
B’rabta ma dan, l-Istati Uniti appellaw liċ-Ċina sabiex ma jagħmlu xejn li jista’ jpoġġi l-paċi fir-reġġjun f’periklu.