Illum iċ-Ċileni qed jivvotaw għall-President ġdid.
Il-votanti għandhom seba’ kandidati minn fejn jagħżlu, iżda, jekk ħadd mill-kandidati ma jġib il-maġġoranza assoluta tal-voti, terġa’ ssir elezzjoni oħra f’Diċembru bejn iż-żewġ kandidati li l-aktar li jkunu ġabu voti.
Din l-elezzjoni qed issir sentejn mindu bdew il-protesti u l-irvellijiet kontra l-Gvern. Bid-dimostranti jitolbu pensjonijiet u edukazzjoni aħjar filwaqt li saħqu li għandha titwaqqaf is-sistema ekonomika li tiffavorixxi l-aktar sinjuri.