Il-logo taċ-ċikkulata Toblerone se jinbidel hekk kif l-immaġini tal-quċċata tal-muntanji Matterhorn iridu jitneħħew minħabba li nbidel il-post fejn se tibda ssir iċ-ċikkulata tant popolari.
Fil-fatt, il-maġġoranza taċ-ċikkulata se tibda ssir f’Islovakkja.
Id-disinn il-ġdid issa mistenni li jinkludi muntanji ġeneriċi minflok tal-muntanji Matterhorn.
It-tibdil se jsir hekk kif skont il-liġi Żvizzera, prodotti tal-ħalib magħmulha kompletament fl-Iżvizzera biss jistgħu jagħmlu użu minn simboli nazzjonali fil-marketing tagħhom.
Ritratt: AP