F’Malta kien hawn żieda ta’ 78% fis-separazzjoni tal-iskart, biċ-ċifra titrippla fl-ewwel ġimgħat tal-2021.
Dan innotatu l-kumpanija Wasteserv fi stqarrija, fejn spjegat ukoll li qed taħdem biex tibqa’ ttejjeb ir-riżultati li pajjiżna jħalli fis-separazzjoni tal-iskart.
Il-kumpanija spjegat ukoll li ħadet nota tar-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, l-NAO għall-2019, li jirrakkomanda fost l-oħrajn investiment strateġiku tal-ftehim dwar l-iskart tal-imballaġġ.
Il-Wasteserv innotat ukoll li tendenzi negattivi fir-riċiklaġġ li sofriet wara n-nirien fl-impjant ta’ Sant’Antnin, iddawwru f’suċċessi.
Hawn ikkonfermat li qed timplimenta numru konsiderevoli ta’ rakkomandazzjonijiet li ressaq l-Awditur Ġenerali u r-riżultati diġà qed jiġu nnutati, fosthom iż-żieda ta’ 78% fix-xiri ta’ prodotti riċiklabbli fl-2020 meta mqabbel mal-2019.
Fl-istess waqt, l-impjanti tal-kumpanija pproċessaw erba’ tunnellati kuljum, tliet darbiet aqwa mill-2020.
Il-Wasteserv qalet li dan se jippermetti biex Malta tilħaq l-obbligazzjonijiet kollha tagħha f’dan il-qasam.