Fil-Budget għas-sena d-dieħla, il-Gvern ħabbar li se jibqa’ jsostni l-familji Maltin u Għawdxin, fosthom b’żieda fiċ-children’s allowance.
Fil-fatt, il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, Clyde Caruana, ħabbar li matul l-2023 din se tkun qed tiżdied b’€90 għal kull wild. Dan qed isir bħala parti mill-wiegħda li ċ-children’s allowance tiżdied gradwalment b’€450, tul il-leġislatura kollha.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
B’kollox 41,000 familja b’62,000 tifel u tifla se jkunu qed igawdu minn din iż-żieda, li se tammonta għal investiment ta’ €5.6 miljun.