Wara x-xita fl-aħħar iljieli, f’jum ta’ festa pubblika kienu għexirien li ħarġu jgawdu s-sbuħija tal-kampanja. Wieħed mill-postijiet li bħalissa jinsab fl-aqwa tiegħu huwa dak magħruf bħala Chadwick Lakes. Żorna dan il-post fejn ix-xeni tal-ilma ġieri saħħru lil dawk li rħewlha lejn dan il-post, naraw. Iltqajna ma’ fotografu li spjegalna kif dan il-post iżuru ta’ sikwit. F’ċirkostanzi ta’ bħalissa jiġbed is-sabiħ tal-ilma niżel, filwaqt li jekk il-post nixef ifittex xi żrinġ jew xi serp.