L-Unjoni Ewropea permezz tal-Kummissjoni Ewropea ħabbret li ċ-ċertifikat tal-vaċċin se jibqa’ validu sa disa’ xhur minn meta wieħed ikun ħa l-aħħar doża tal-vaċċin għal kontra l-Covid-19.
F’konferenza tal-aħbarijiet intqal kif dan jiġġedded billi wieħed jieħu d-doża addizzjonali.
Iċ-ċertifikat tal-vaċċin tal-Unjoni Ewropea daħal fis-seħħ fis-sajf li għadda u dan qed jiġi imġedded għal żmien ix-xitwa, wara ż-żieda ta’ każijiet fil-kontinent Ewropew u sabiex wieħed jieħu d-doża addizzjonali.
Skont l-awtoritajiet mediċi Ewropej qed ikun rakkomandat li wieħed jieħu d-doża addizzjonali sitt xhur wara li jkun kompletament imlaqqam.
Iżda l-Kummissjoni Ewropea qalet li qed iżżid tliet xhur oħra mas-sitt xhur stabbiliti, sabiex tagħti ċans lill-pajjiżi jkomplu bil-programm ta’ vaċċinazzjoni rispettiv.
Dan iċ-ċertifikat li Malta kienet minn ta’ quddiem sabiex jiddaħħal fl-Unjoni Ewropea, jista’ jintuża wkoll jekk tippreżenta test negattiv għal Covid-19, 72 siegħa qabel ma ssiefer jew inkella dawk li kienu pożittivi għall-virus u imbagħad l-immunità tagħhom għall-virus, telgħet.