Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li dawk taħt it-tmintax-il sena m’għandhom l-obbligu li jibqgħu juru ċ-ċertifikat tal-vaċċin sabiex isiefru f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
Dan skont regoli li ħabbret il-Kummissjoni Ewropea t-Tlieta u li ntqal li deħlin fis-seħħ mill-Erbgħa sitta ta’ April li ġej.
Iċ-ċertifikat tal-vaċċin tat-tfal li kien ikopri qabel dawn ir-regoli, kien validu għal 270 ġurnata mindu persuna tkun ħadet il-vaċċin.
Skont dawn ir-regoli l-ġodda tal-Kummissjoni Ewropea, huma biss dawk li għandhom iżjed minn tmintax-il sena li jridu jippreżentaw iċ-ċertifikat tal-vaċċin meta jsiefru.
Intqal ukoll kif id-doża tal-booster għat-tfal ta’ ‘l fuq minn tnax-il sena hija awtorizzata mill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini.
Minkejja dan mhux il-pajjiżi kollha rrakkomandaw li dan jiġri f’pajjiżi, fosthom anki f’Malta.