Iċ-ċertifikati tal-aħħar tas-sekondarja, magħrufa bħala School Leaving Certificate ser jitqassmu immedjatament, hekk kif isir l-istampar kollu.
Dan intqal fuq il-midja soċjali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, fejn intqal li din is-sena dan iċ-ċertifikat se jkun qed jinħareġ ftit aktar tard mis-soltu.
Dan hekk kif din is-sena, l-istudenti komplew bl-eżamijiet annwali wara l-vaganzi tal-Għid minħabba r-restrizzjonijet tal-pandemija hekk kif is-soltu dawn l-eżamijiet ikunu lesti f’Marzu.
Il-Ministeru appella sabiex minħabba li fetħu l-applikazzjonijiet f’istituzzjoni post-sekondarji u ċ-ċertifikat ikun għadu ma wasalx għand l-istudent, sar arranġament ma’ dawn l-istituzzjonijiet.
Hawnhekk intqal sabiex meta student imur japplika, iħalli n-numru tal-karta tal-identità mal-istituzzjoni u se tkun l-istess istituzzjoni li se tivverifika l-kwalifiki tal-istudent.