Matul il-lejl li għadda iċ-Ċentru tal-Viżitaturi taċ-Ċittadella t’Għawdex ġie mogħti l-unur prestiġġjuż ‘Thea
Award for Outstanding Achievement’ – l-ogħla unur fil-qasam tad-divertiment tematiku mogħti mit-Themed
Entertainment Association (TEA)
Dan l-unur ingħata waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena ta-Themed Entertainent Association Awards Gala li saret fillukanda Disneyland® f’California u li għaliha attendew madwar elf professjonista minn dan il-qasam. Il-premju
ġie ppreżentat lill-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Istati Uniti tal-Amerika l-Eċċellenza Tiegħu is-Sur Pierre Clive
Agius f’isem iċ-Ċentru tal-Viżitaturi taċ-Ċittadella, flimkien mad-Direttur Maniġerjali ta’ Sarner International isSur
Ross Magri.
Fil-fatt fost attrazzjonjiet oħra onorati din is-sena kien hemm ‘Pandora – The World of Avatar’ f’Disney Animal Kingdom f’Walt Disney World f’Orlando, il-‘Journey of Lights Parade’ ta’ Chime Along Ocean Kingdom, ‘Jameson Distillery James St’ f’Dublin u ‘Dreamworks Aimation Zone’ f‘MOTIONGATE™ Dubai.
TEA nedew it-Thea Awards fl-1994 sabiex jiġu rikonoxxuti aktar il-kisbiet, it-talent u l-ħiliet fil-qasam taddivertiment tematiku, u llum it-Thea Award huwa rikonoxxut internazzjonalment bhala simbolu ta’ eċċellenza. Matul din l-okkażjoni, Sarner International, li kienu responsabbli mid-disinn u l-ħolqien taċ-Ċentru tal-Viżitatuti, kellhom l-opportunità jippreżentaw il-proġett lil madwar 300 delegat waqt it-TEA Summit li sar il-bieraħ filMagic Kingdom Ballroom tal-lukanda Disneyland®.
Il-Project Director tal-kumpanija Ed Cookson u l-Creative Director Michael Bennett tkellmu dwar il-mixja mill-fażi tal-iżvilupp tal-idea sar-reazzjonijiet tal-viżitaturi, u ddiskutew aspetti importanti li wasslu għas-suċċess ta’ din l-attrazzjoni.
Kien propju il-mod straordinarju kif l-istorja ġiet magħġuna mat-teknoloġija, u l-bilanċ bejn l-antik u l-modern li ħalla impressjoni qawwija fuq il-kumitat tat-Thea Awards fi ħdan it-TEA, u wassal għall-kisba ta’ dan l-unur. Fil-fatt, dan il-kumitat qal li, “dak li għamel dan il-proġett speċjali kien il-bilanċ bejn it-tradizzjonali u l-mod eċċezzjonali kif l-istorja titwassal għand il-viżitatur, u l-preżentazzjoni finali 360° f’ambjent uniku u speċjali”